Monday, September 12, 2011


Monument fiċ-Ċentru tal-Fgura

Il-Kunsill Lokali tal-Fgura riċentament lesta proġett importanti għall-identita’ tal-Fgura.  Dan il-proġett jikkonsisti f’monument modern li jinkorpora fih l-emblema tal-istess lokalita’.  Is-Sur Keith Galea, l-artist li ġie kkummisjonat b’dan il-proġett, irnexxielu joffri d-dehra tal-emblema tal-Fgura lil dawk kollha li jkunu sejrin fid-direzzjoni ta’ dan il-monument tridimensjonali.



Dan il-proġett jikkumplimenta ħafna l-lokalita’ tal-Fgura filwaqt li jsebbaħ iż-żona kemm matul il-jum u anke waqt li jkun imdawwal matul il-lejl (ara r-ritratt fl-hemża).  Dan il-proġett ikompli jsebbaħ din il-lokalita’ flimkien ma’ postijiet oħra bħalma huma l-Pjazza Reggie Miller u l-Knisja Parrokkjali tal-Fgura.

Il-Kunsill Lokali tal-Fgura qed jippjana li jkompli jsebbaħ żoni oħra fil-lokalita’ inkluż spazji ta’ rikreazzjoni għat-tfal u introduzzjoni ta’ siġar fit-triq prinċipali.

0 comments: