Thursday, September 15, 2011

L-Arriva b’servizz inferjuri fil-Fgura

Stqarrija għall-istampa. 
Maħruġa minn Byron Camilleri, Sindku, Kunsill Lokali Fgura. 

L-Arriva b’servizz inferjuri fil-Fgura

Il-Kunsill Lokali tal-Fgura qiegħed ta’ kuljum jirċievi lmenti rigward is-servizz provdut mill-Arriva ġewwa l-lokalita` tal-Fgura.  Kull email mibgħut mill-Kunsill Lokali tal-Fgura jew minni personalment, l-Arriva wieġbet li ser tkun qed tieħu azzjoni dwar dawn l-ilmenti.  Madanakollu, il-problemi maħluqa kemm ilha li daħal fis-seħħ is-servizz provdut mill-Arriva, għadhom ma tranġawx.



L-akbar problema li qed jiltaqgħu magħha r-residenti tal-Fgura hija li x-xarabanks tar-rotta 91, ħafna drabi  jaslu l-Fgura mimlijin, bil-konsegwenza li r-residenti jibqgħu l-art jistennew xarabank oħra.  Fil-‘peak hours’ ta’ filgħodu, ħafna drabi dan jiġri għal aktar minn darba wara xulxin, bil-konsegwenza li r-residenti jkollhom jistennew għal ħinijiet twal sabiex jirkbu. 


F’laqgħa li l-Kunsill Lokali tal-Fgura kellu ma’ uffiċjali ta’ Transport Malta, ġie spjegat lilna, li l-kuntratt mal-Arriva jistipula li mhux biss għanda tgħaddi xarabank kull għaxar minuti, iżda li persuna ma tistax tagħmel aktar minn għaxar minuti tistenna sabiex tirkeb.  F’ħafna ħinijiet tal-ġurnata, ta’ kuljum, dan il-kuntratt mhux qed jiġi onorat mill-kumpanija Arriva.  Ir-rappreżentanti tal-Kunsill ilmentaw ma Transport Malta li ħafna persuni qegħdin idumu jistennew sabiex jirkbu, filwaqt li ntalab li jerġgħu jibdew jgħaddu xarabanks minn Triq Valperga u Triq id-Dejma, fejn qabel kienu jgħaddu r-rotot 3 u 29 rispettivament.  Ir-rappreżentanti tal-Kunsill ilmentaw ukoll li r-rotta diretta lejn l-isptar kienet tneħħiet, bil-konsegwenza li ħafna persuni, speċjalment anzjani, qed ikollhom ibgħatu sabiex jieqfu Raħal Ġdid u jistennew xarabank oħra.

F’eżerċizzju li sar nhar l-Erbgħa 14 ta’ Settembru bejn il-ħamsa u nofs ta’ filgħodu u d-disgħa ta’ filgħodu, ġie nnutat li x-xarabanks qegħdin jgħaddu mill-Fgura fi frekwenzi li m’humiex uniformi. Filwaqt li fi tlett minuti, bejn is-7.18am u s-7.22am għaddew tlett xarabanks, ix-xarabank ta’ wara għaddiet fis-7.40am, filwaqt li ma kienx possibli li kull min kien qiegħed jistenna, jirkeb.  Ġie nnutat li bejn it-8.15am u 8.47am, kien hemm persuni li għamlu għal madwar nofs siegħa jistennew sabiex jirkbu.  Dan id-dewmien żgur li m’huwiex aċċettabli fi stat modern tal-Unjoni Ewropeja, fis-sena 2011.

B’dispjaċir ninnota li l-Kunsill Lokali tal-Fgura talab laqgħa mal-kumpanija Arriva fl-1 ta’ Awwissu, 2011, u li l-kumpanija Arriva, lanqas biss wieġbet għal din it-talba.

Tabella tal-informazzjoni miġbura l-Erbgħa 14 ta’ Settembru, 2011 annessa.


Byron Camilleri
Sindku
Kunsill Lokali Fgura

m  |  +356 79270207






Data:
14.09.2011

Bus Stage
Punika



Hin (bidu)
5.30am

Hin (Tmiem)
09.15am



Hin tal-wasla
          Persuni jistennew fuq il-bus stage?
Persuni jistennew
Persuni li telghu




iva
le




1
5.51
x


0 - Full up


2
6.07
x


0 - Full up


3
6.16
x

8
8


4
6.32
x

10
0- Full up


5
6.36
x

12
12


6
6.46
x

6
6


7
7. 00
x

1
0- Full up


8
7.09
x

6
1 - Full up
1 persuna min 6
9
7.18
x

9
0- Full up


10
7.21
x

9
9


11
7.22

x
0
0


12
7.4
x

10
6- Full up
6 persuni min 10
13
7.43
x

4
4


14
7.45
x

2
2


15
7.49

x
0
0


16
7.55
x

1
1


17
8.07
x

9
9


18
8.21
x

8
3- Full up
3 persuni min 8
19
8.41
x

12
0- Full up


20
8.47
x

15
15


21
8.49

x
0
0


22
9.07
x

11
1 - Full up
1 persuna min 11
23
9.1
x

10
10





















0 comments: