Proġett ta’ Ċentru Ċiviku fil-Fgura bi spiża totali ta’ `l fuq minn Miljun Ewro
Komunikat għall-Istampa
Kunsill Lokali Fgura
Il-Kunsill
Lokali tal-Fgura jinforma lill-media u lill-pubbliku li fiż-żmien li ġej ser ikun qed jagħti bidu għall-proġett taċ-Ċentru Ċiviku ġewwa l-Fgura, li jkun jinkludi faċilitajiet ta’ servizz għall-pubbliku bħal Day-Care Centre, Berġa, Tribunal Lokali, l-Uffiċini tal-Kunsill Lokali, Board Room, Sala kbira, parking taħt l-art u faċilitajiet oħra għall-kommunita.
Il-Kunsill iħoss il-ħtieġa t’Uffiċini ġodda billi dawk preżenti ma jaqdux il-ħitiġijiet tar-residenti tal-Fgura kif jixraq. Id-disinn tal-proġett il-ġdid jagħmel enfasi kbira fuq l-aċċessibilita billi l-Uffiċini tal-lum mhumiex aċċessibli għall-persuni bi bżonnijiet speċjali u anzjani, fejn fost l-oħrajn jinsab fit-tieni sular u trid tasal għalieh b’taraġ. Iċ-ċokon tal-binja li jokkupa l-Kunsill illum, m’hiex addatata sabiex ir-residenti tal-Fgura jingħatalom l-aħjar servizz. Għalhekk, permezz tal-Uffiċini ġodda, l-Kunsill ikun jista mhux biss itejjeb is-servizzi li jagħti, iżda wkoll joffri servizzi ġodda. Barra minn dan, tinħass il-ħtieġa ta’ Sala tal-kommunita`.
Ta’ min isemmi li b’differenza minn Kunsilli oħra, l-Kunsill Lokali tal-Fgura kien kostrett jakkwista art b’rati kummerċjali, billi fil-Fgura ma kienx hawn art publika disponibbli. Din l-art inxtrat LM190,000 (€442581.57), fis-sena 2003. 
Fl-2003 il-Kunsill Lokali Fgura bil-permess tal-Gvern Ċentrali għamel loan sabiex ikun jista jagħti bidu għall-kostruzzjoni ta’ dan il-proġett, fuq projections ta’ dħul li kien mistenni jkollu fis-snin ta’ wara. Peress li fl-aħħar xhur ġejna nfurmati li d-dħul tal-Kunsill kien ser jonqos peress li d-dħul tal-LES (sistema tal-wardens) kien ser jgħaddi għand ir-reġjuni minflok għand il-Kunsilli, l-Kunsill Lokali tal-Fgura għamel talba lill-Gvern Ċentrali sabiex jingħata għajnuna ta’ madwar 20% biss tal-ispiża totali ta’ dan il-proġett.
B’dispjaċir ir-risposta mogħtija lilna kienet fin-negattiv, wara li ġie komunikat lilna minn Dr. Chris Said, Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali, li fil-preżent il-Gvern ma kellux il-ħsieb li jikkometti ruħu fuq din is-somma u għalhekk ma setgħetx tiġi kkunsidrata t-talba tal-Kunsill Lokali tal-Fgura.
Minkejja dan, il-Kunsill Lokali ma qatax qalbu, u għalhekk iddeċieda li jkompli b’dan il-proġett, li ser ikun totalment iffinanzjat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura bil-ħsieb li dejjem jagħti l-aqwa servizz lir-residenti tal-Fgura.
0 comments:
Post a Comment