Wednesday, November 9, 2011

Byron Camilleri intervistat fuq ILLOSTRA, fuq ONE Tv




ILLOSTRA - Prog 20 - 7th Nov 2011 from ILLOSTRA on Vimeo.

‘Illostra’ huwa programm ta’ ahbarijiet satirici presentat mil-versatili u inimitabbli Ray Calleja u l-illustratissima Larissa Bonaci.
L-iskop tal-programm kif l-isem stess jindika, hu li jillostra l-ahbarijiet ta’ kuljum f’siltiet ta’ ghaxar minuti, fil-waqt li jghati xejra tleqq ghal dak li jkun qieghed jigri madwarna.
Indri` l-investigatur taghna jesplora u jezamina kull kaz li jasal ghall-attenzjoni tieghu, jikxef problemi reali li c-cittadin ihabbat wiccu maghhom ta’ kuljum
L-ghan ta din il-produzzjoni hija li sservi ta pont bejn ‘l-awtoritajiet maqtugha mir-realta’ u c-cikku l-poplu, li hafna mit-thassib tieghu jaqa’ fuq widnejn torox. Dan kollu ha jkun migjub lill-udjenza b’mod satiriku u divertenti.
Dan kollu jigi migbub lit-telespettaturi b’mod divertenti u b’element satiriku.

Thursday, October 13, 2011

Fgura council demands Enemalta compensation for 'black dust'

Fgura council has written to Enemalta asking for compensation after a report commissioned by Mepa found that the Marsa power station was the most likely source of the 'black dust' which plagued the locality over the past few years.
The council said such compensation could take the form of environment-projects in Fgura sponsored by the corporation.
Enemalta has disputed the findings of the report. compiled by Prof Alfred Vella.



Letter sent to Enemalta

 http://www.timesofmalta.com/articles/view/20111004/local/fgura-council-demands-enemalta-compensation-for-black-dust.387732


Thursday, September 15, 2011

L-Arriva b’servizz inferjuri fil-Fgura

Stqarrija għall-istampa. 
Maħruġa minn Byron Camilleri, Sindku, Kunsill Lokali Fgura. 

L-Arriva b’servizz inferjuri fil-Fgura

Il-Kunsill Lokali tal-Fgura qiegħed ta’ kuljum jirċievi lmenti rigward is-servizz provdut mill-Arriva ġewwa l-lokalita` tal-Fgura.  Kull email mibgħut mill-Kunsill Lokali tal-Fgura jew minni personalment, l-Arriva wieġbet li ser tkun qed tieħu azzjoni dwar dawn l-ilmenti.  Madanakollu, il-problemi maħluqa kemm ilha li daħal fis-seħħ is-servizz provdut mill-Arriva, għadhom ma tranġawx.



L-akbar problema li qed jiltaqgħu magħha r-residenti tal-Fgura hija li x-xarabanks tar-rotta 91, ħafna drabi  jaslu l-Fgura mimlijin, bil-konsegwenza li r-residenti jibqgħu l-art jistennew xarabank oħra.  Fil-‘peak hours’ ta’ filgħodu, ħafna drabi dan jiġri għal aktar minn darba wara xulxin, bil-konsegwenza li r-residenti jkollhom jistennew għal ħinijiet twal sabiex jirkbu. 


F’laqgħa li l-Kunsill Lokali tal-Fgura kellu ma’ uffiċjali ta’ Transport Malta, ġie spjegat lilna, li l-kuntratt mal-Arriva jistipula li mhux biss għanda tgħaddi xarabank kull għaxar minuti, iżda li persuna ma tistax tagħmel aktar minn għaxar minuti tistenna sabiex tirkeb.  F’ħafna ħinijiet tal-ġurnata, ta’ kuljum, dan il-kuntratt mhux qed jiġi onorat mill-kumpanija Arriva.  Ir-rappreżentanti tal-Kunsill ilmentaw ma Transport Malta li ħafna persuni qegħdin idumu jistennew sabiex jirkbu, filwaqt li ntalab li jerġgħu jibdew jgħaddu xarabanks minn Triq Valperga u Triq id-Dejma, fejn qabel kienu jgħaddu r-rotot 3 u 29 rispettivament.  Ir-rappreżentanti tal-Kunsill ilmentaw ukoll li r-rotta diretta lejn l-isptar kienet tneħħiet, bil-konsegwenza li ħafna persuni, speċjalment anzjani, qed ikollhom ibgħatu sabiex jieqfu Raħal Ġdid u jistennew xarabank oħra.

F’eżerċizzju li sar nhar l-Erbgħa 14 ta’ Settembru bejn il-ħamsa u nofs ta’ filgħodu u d-disgħa ta’ filgħodu, ġie nnutat li x-xarabanks qegħdin jgħaddu mill-Fgura fi frekwenzi li m’humiex uniformi. Filwaqt li fi tlett minuti, bejn is-7.18am u s-7.22am għaddew tlett xarabanks, ix-xarabank ta’ wara għaddiet fis-7.40am, filwaqt li ma kienx possibli li kull min kien qiegħed jistenna, jirkeb.  Ġie nnutat li bejn it-8.15am u 8.47am, kien hemm persuni li għamlu għal madwar nofs siegħa jistennew sabiex jirkbu.  Dan id-dewmien żgur li m’huwiex aċċettabli fi stat modern tal-Unjoni Ewropeja, fis-sena 2011.

B’dispjaċir ninnota li l-Kunsill Lokali tal-Fgura talab laqgħa mal-kumpanija Arriva fl-1 ta’ Awwissu, 2011, u li l-kumpanija Arriva, lanqas biss wieġbet għal din it-talba.

Tabella tal-informazzjoni miġbura l-Erbgħa 14 ta’ Settembru, 2011 annessa.


Byron Camilleri
Sindku
Kunsill Lokali Fgura

m  |  +356 79270207






Data:
14.09.2011

Bus Stage
Punika



Hin (bidu)
5.30am

Hin (Tmiem)
09.15am



Hin tal-wasla
          Persuni jistennew fuq il-bus stage?
Persuni jistennew
Persuni li telghu




iva
le




1
5.51
x


0 - Full up


2
6.07
x


0 - Full up


3
6.16
x

8
8


4
6.32
x

10
0- Full up


5
6.36
x

12
12


6
6.46
x

6
6


7
7. 00
x

1
0- Full up


8
7.09
x

6
1 - Full up
1 persuna min 6
9
7.18
x

9
0- Full up


10
7.21
x

9
9


11
7.22

x
0
0


12
7.4
x

10
6- Full up
6 persuni min 10
13
7.43
x

4
4


14
7.45
x

2
2


15
7.49

x
0
0


16
7.55
x

1
1


17
8.07
x

9
9


18
8.21
x

8
3- Full up
3 persuni min 8
19
8.41
x

12
0- Full up


20
8.47
x

15
15


21
8.49

x
0
0


22
9.07
x

11
1 - Full up
1 persuna min 11
23
9.1
x

10
10





















Monday, September 12, 2011


Monument fiċ-Ċentru tal-Fgura

Il-Kunsill Lokali tal-Fgura riċentament lesta proġett importanti għall-identita’ tal-Fgura.  Dan il-proġett jikkonsisti f’monument modern li jinkorpora fih l-emblema tal-istess lokalita’.  Is-Sur Keith Galea, l-artist li ġie kkummisjonat b’dan il-proġett, irnexxielu joffri d-dehra tal-emblema tal-Fgura lil dawk kollha li jkunu sejrin fid-direzzjoni ta’ dan il-monument tridimensjonali.



Dan il-proġett jikkumplimenta ħafna l-lokalita’ tal-Fgura filwaqt li jsebbaħ iż-żona kemm matul il-jum u anke waqt li jkun imdawwal matul il-lejl (ara r-ritratt fl-hemża).  Dan il-proġett ikompli jsebbaħ din il-lokalita’ flimkien ma’ postijiet oħra bħalma huma l-Pjazza Reggie Miller u l-Knisja Parrokkjali tal-Fgura.

Il-Kunsill Lokali tal-Fgura qed jippjana li jkompli jsebbaħ żoni oħra fil-lokalita’ inkluż spazji ta’ rikreazzjoni għat-tfal u introduzzjoni ta’ siġar fit-triq prinċipali.

Tuesday, March 15, 2011

Proġett ta’ Ċentru Ċiviku fil-Fgura bi spiża totali ta’ `l fuq minn Miljun Ewro

Proġett ta’ Ċentru Ċiviku fil-Fgura bi spiża totali ta’ `l fuq minn Miljun Ewro


Komunikat għall-Istampa

Kunsill Lokali Fgura

Il-Kunsill Lokali tal-Fgura jinforma lill-media u lill-pubbliku li fiż-żmien li ġej ser ikun qed jagħti bidu għall-proġett taċ-Ċentru Ċiviku ġewwa l-Fgura, li jkun jinkludi faċilitajiet ta’ servizz għall-pubbliku bħal Day-Care Centre, Berġa, Tribunal Lokali, l-Uffiċini tal-Kunsill Lokali, Board Room, Sala kbira, parking taħt l-art u faċilitajiet oħra għall-kommunita.

Il-Kunsill iħoss il-ħtieġa t’Uffiċini ġodda billi dawk preżenti ma jaqdux il-ħitiġijiet tar-residenti tal-Fgura kif jixraq. Id-disinn tal-proġett il-ġdid jagħmel enfasi kbira fuq l-aċċessibilita billi l-Uffiċini tal-lum mhumiex aċċessibli għall-persuni bi bżonnijiet speċjali u anzjani, fejn fost l-oħrajn jinsab fit-tieni sular u trid tasal għalieh b’taraġ. Iċ-ċokon tal-binja li jokkupa l-Kunsill illum, m’hiex addatata sabiex ir-residenti tal-Fgura jingħatalom l-aħjar servizz. Għalhekk, permezz tal-Uffiċini ġodda, l-Kunsill ikun jista mhux biss itejjeb is-servizzi li jagħti, iżda wkoll joffri servizzi ġodda. Barra minn dan, tinħass il-ħtieġa ta’ Sala tal-kommunita`.

Ta’ min isemmi li b’differenza minn Kunsilli oħra, l-Kunsill Lokali tal-Fgura kien kostrett jakkwista art b’rati kummerċjali, billi fil-Fgura ma kienx hawn art publika disponibbli. Din l-art inxtrat LM190,000 (€442581.57), fis-sena 2003.

Fl-2003 il-Kunsill Lokali Fgura bil-permess tal-Gvern Ċentrali għamel loan sabiex ikun jista jagħti bidu għall-kostruzzjoni ta’ dan il-proġett, fuq projections ta’ dħul li kien mistenni jkollu fis-snin ta’ wara. Peress li fl-aħħar xhur ġejna nfurmati li d-dħul tal-Kunsill kien ser jonqos peress li d-dħul tal-LES (sistema tal-wardens) kien ser jgħaddi għand ir-reġjuni minflok għand il-Kunsilli, l-Kunsill Lokali tal-Fgura għamel talba lill-Gvern Ċentrali sabiex jingħata għajnuna ta’ madwar 20% biss tal-ispiża totali ta’ dan il-proġett.

B’dispjaċir ir-risposta mogħtija lilna kienet fin-negattiv, wara li ġie komunikat lilna minn Dr. Chris Said, Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali, li fil-preżent il-Gvern ma kellux il-ħsieb li jikkometti ruħu fuq din is-somma u għalhekk ma setgħetx tiġi kkunsidrata t-talba tal-Kunsill Lokali tal-Fgura.

Minkejja dan, il-Kunsill Lokali ma qatax qalbu, u għalhekk iddeċieda li jkompli b’dan il-proġett, li ser ikun totalment iffinanzjat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura bil-ħsieb li dejjem jagħti l-aqwa servizz lir-residenti tal-Fgura.